logo

Is-Sitwazzjoni Llum
Dan zgur li ser ikun il-Budget li jigbed fuqu hafna attenzjoni. Is-sena d-diehla hi s-sena tad-decizjonijiet. Ghalhekk importanti li l-Gvern jimpressjona. Iddur kemm iddur dwar il-Budget, hemm fatt wiehed li ma jista` jahrab minnu hadd: budget jirrifletti l-istat tal-ekonomija. Fatt iehor: iddur kemm iddur, tkun kreattiv kemm tkun kreattiv, ic-cifri ekonomici jitkellmu wahedhom. Punt iehor improtanti: llum l-ekonomija Maltija hi mghassa.


Meta nkun Brussels jolqotni l-fatt li it-teknici ekonomici jafu jaqraw l-ekonomija Maltija sewwa u lil hinn mill-kummenti pulitici tal-Kummissarji Ewropej u pulitici barranin li jzuruna, dawn it-teknici jafu r-realta` dwar Malta hafna u hafna aktar milli jahsbu xi Maltin li jahsbu li ghaliex dwar l-ekonomija Maltija ipinguh sabih biex jimpressjona, jahsbu li b’hekk qed jikkonvincu lil min hu istruwit. Zgur izda li qabel ma tghaddi l-Elezzjoni l-Maltin ser jistordu jisimghu figuri fuq figuri biex jimpressjonawna li sejrin hadida.

Nghid biss li bhalissa l-accountants qed jghalqu l-kotba ta` hafna negozji u intraprizi Maltin kbar u zghar. Irrid insib accountant wiehed biss li bhalissa qed jitbissem. Kollha kelma wahda: bilanci ta` negozji daqshekk disastruzi ilhom ma jaraw zmien u l-istampa hi l-istess f’kull settur. L-accountants maqbudin f’morsa. Ghax jew ikunu zeluzi mal-verita` u jitfghu in-negozji tal-klijenti taghhom f’inkwiet kbir mal-banek kummercjali hekk kif dawn jaraw l-accounts tal-klijenti b’telf kbir. Jew inkella jaghtu ftit tal-kulur biex l-istampa tidher tajba u wkoll igibuhom juru profitt, jifirhu l-banek izda lill-klijenti jkorruhom ma` tat-taxxa. L-accountants bravi u kreattivi jafu pero` li min irid jaf x’inhu jigri sewwa ghandu jitkellem mas-sidien tan-negozji Maltin. Mhux ma` dawk li ghandhom xi bicca art mweghdha, jew xi assistenza mdendla, jew xi permess specjali diga mahdum, izda mal-proprjetarji serji li n-negozju taghhom imexxuh sewwa u bl-isforzi taghhom biss. Dawn kollha jafu li l-ekonomija Maltija ghaddejja minn zmienijiet difficli u li s-sitwazzjoni xejn m’hi titranga.

Ghanijiet Ekonomici
Meta wiehed ikejjel il-performance tal-ekonomija ta` Malta wiehed iqis kemm qed jirnexxilu jew le pajjizna jilhaq l-ghanijiet imfassla mill-Gvern. Dawn li l-ghanijiet huma dawn:

1. L-akwist ta` tkattir ekonomiku sostenibbli u konsistenti u li jinzamm livell gholi ta` mpjieg li jwassal l-ekonomija Malta biex tilhaq u tintrabat mal-ekonomija ta` l-Unjoni Ewropeja.

2. Li l-finanzi pubblici ta` Malta jitrangaw tant li n-nefqa pubblika tkun sostenuta minn dhul bizzejjed biex id-deficit strutturali jinzel ghal ratio ta` 2% tal-GDP fis-sentejn li gejjin.

3. Li l-ekonomija Malta tkun tista ssostni lilha innifisha biex ma jkollhiex zbilanci fil-kontijiet ta` Malta mal-kumpliment tad-dinja.

Zieda Fil-Produttivita`
Il-Gvern Malti jemmen li t-tnehhija tal-levies u l-bidliet li qed isiru biex Malta taddotta l-acquis kommunitarju u r-ristruttura li qed tigi mgeghla tghaddi minnhu l-ekonomija Maltija ser tirrizulta f’aktar efficjenza ekonomika. Il-Gvern qed jittama, skond l-istudji li ghandu f’idu, li ser ikun hemm titjib ekonomiku f’oqsma mportanti bhal ma hi dik tal-produttivita` tal-haddiema Maltin. Il-Gvern qed jittama li dawn ir-riformi ser igibu zieda fil-produttivita` ta` 0.5% fis-sena.

Hafna jahsbu li ghalkemm l-ekonomija ma tiddependix tant fuq il-biedja (2.6%) daqs kemm tiddependi fuq l-industrija (26%) allura mhux tant importanti ghal Malta jekk il-biedja tickienx jew tikbirx. Dan mhu vera xejn. Il-biedja taghmel parti mportanti mill-katina li taghqqad l-ekonomija Maltija u jekk tmut il-biedja partijiet importanti ta` Malta li huma meqjusa bhala rurali, jaqalghu daqqa kbira. Il-GRTU ma tirraprezentax lill-bdiewa izda ma trid bl-ebda mod tara l-biedja ssoffri ghax mal-biedja jghixu hafna nies u hi parti mportanti minn dak li hu Malti. Pero` wiehed irid ikollu saqajh ma` l-art u jipprova jifhem x’ghandu f’rasu l-Gvern. Gvern, hu min hu jiddeciedi u aktar iva milli le dak li jwettaq ma jergghax jitnehha Rari nisimghu li xi skema, xi ligi, xi taxxa jew xi tnehhija ta` protezzjoni terga tiddahhal wara li tkun tnehhiet jew li titnehha wara li tkun dahlet jekk mhux wara hafna snin u hafna tahbit. Illum l-ghanijiet tal-Gvern huma li l-biedja tinghata l-ghajnuna kollha biex tikkompeti u tipproduci prodott tajjeb rikjest mis-suq u kif iridu s-suq u bi prezz kompetittiv u s-suq ikun liberalizzat. F’kelma wahda l-Gvern jemmen li s-suq isuq u ma jridx jaf bl-ebda protezzjoni.

Suq Wiehed Ewropew
Dan ifisser li l-konsumatur permezz tal-bejjiegh tal-haxix u frott ikollu ghazla wiesgha ta` prodotti lokali u mportati. Il-Gvern jemmen li bi programmi ta` sapport ghal settur settur, is-suq ikun jista` jinfetah u Malta tkun tista` tintegra ruhha mas-suq komuni ewropej. Dan hu s-suq bla frontieri li minn Finland jinzel sa` Malta u mill-Irlanda jasal sal-Bologna jekk it-tkabbir jirnexxi u jkun suq bla fruntieri ta` erba mitt ruh. L-ghan tal-Gvern hu li l-ekonomija ckejkna ta` Malta tkun tista tilhaq u tlahhaq mal-kumplament f’dan is-suq kbir u li l-imprenditur biedwi Malti jkun jista jfendi b’kompetizzjoni minn u kontra kulhadd. Il-Gvern Malti jemmen li l-impatt ekonomiku fuq it-tkattir tal-ekonomija nazzjonali u fuq is-suq tax-xoghol ikun posittiv tant li wara s-sena 2003 l-produttivita` tax-xoghol tal-haddiema Maltin tibda tiela bir-rata ta` 0.5% fis-sena.

Huma hafna ix-xettici, fosthom jien, dwar kemm dan ix-xenarju ser jirnexxi. L-indikazzjonijiet illum huma li hafna minn dak li diga gie pprogettat ma rnexxiex, ir-ristruttura mweghda mhux qed issir, l-iskemi ta` sapport li l-industrija u li l-biedja mhux qed jahdmu, il-produttivita` nazzjonali m’hix tiela izda niezla u ghalhekk ma tantx hemm fiducja li l-miraklu ekonomiku se jirnexxi. Biex wiehed jghid kollox izda, ir-ristruttura ekonomika mhux facli u tiehu z-zmien. Ukoll l-iskemi tas-sapport min-naha tal-Gvern jiehdu z-zmien biex jinhaddmu u jitwettqu. Min bhali ghadda mill-perijodu ta` riforma kbira li rat Malta snin ilu jaf li mhux facli li tibdel l-istrutturi ekonomici ta` pajjizna u li jkollok success. Din xi haga li kull min ghadda mill-magna ta` l-esperjenza jafha. Jidher sfortunatament li hafna li qed jiktbu r-rapport u jfasslu l-projections, din ma jafuhiex.

Il-Budget Li Gej
Il-Budget 2003 ghalhekk ser jibni qafas ta` progetti u pjanijiet u skemi diretti ta` intervent min-naha tal-Gvern li ser ikunu ibbazati fuq dwan l-istudju u dawn il-projections. Il-Ministru tal-Finanzi ghandu esperjenzi bizzejjed biex jifhem li jkun genn jekk nassumu li kollox ser imur harir. L-ewwelnett, Malta hi wahda mill-aktar ekonomija miftuha ghal-irjieh li jolqtu lid-dinja ekonomika. It-tieni nett l-impatt ekonomiku tal-mizuri jiddependi kemm il-mizuri jkunu mahsuba sewwa u kemm ikunu genwini. Jiddependi wkoll fuq kemm lil min ser jolqtu jkun lest u ghandu l-abilita` u r-rieda li jhaddimmhom. Illum ghandna wisq nies b’nifishom maqtugh u mghobbijin isolvu l-problemi li ghandhom s’issa bil-bidliet li saru, u ghalhekk ftit ghandhom entuzjazmu li jfasslu pjanijiet godda u jissugraw flushom f’aktar investiment ghal futur. Il-pjanijiet tal-Gvern jahdmu biss jekk l-investitur privat Malti jemmen fihom, jinvesti fihom, ihaddimhom u jirnexxi. Dan kollu jissarraf f’kelma wahda: fiducja.

Imma ejja nkunu posittivi u nghidu li l-Gvern ser jippjana tajjeb u ser ibiegh tajjeb u li l-investituri jafdawh. Jibqa l-fatt li l-proposti godda jridu jitilqu mir-realta` ekonomika tal-lum. Din ir-realta` trid tkun spjegata sewwa. Hu possibli li l-Budget jippresenta analisi ekonomika li jaqblu maghha anke x-xettici.

Msiehba Socjali
Li jaqblu ukoll maghha l-korpi kostitwiti u t-trade unions. Hu possibli li l-imsiehba socjali jaccettaw l-istampa ekonomika bhala vera u reali u l-projections bhal attainable u jkunu lesti jintrabtu maghhom. Din ser iholl u jorbot ghal dan il-Budget li gej aktar milli ghal Budgets ta` qabel. Aktar u aktar jekk il-qabza lejn l-Ewropa Maghquda ssir.

Illum qed nintrabtu u wahedna nergghu nhollu jekk dak li nfasslu llum ma jirnexxix. Jekk nintrabtu mhux ser ikun tant facli. Ukoll ir-rabta tfisser li nkunu hattejna dak li kien isostni lill-industija lokali u l-biedja sal-lum u nkunu ftahna bieb li ma nkunux nistghu nergghu naghlquh. Ghalhekk ir-riforma trid bilfors tahdem ghax ikun difficli imbaghad li nigbdu l-habel lura.

Flus
Il-Gvern mill-banda l-ohra jrid ikun sab il-mezzi finanzjarji li jsostni l-programmi u l-inizjattivi kollha li qed iwieghed minghajr ma jkompli jifqa l-budget deficit u jonfoh aktar id-dejn nazzjonali. Anzi l-Ministru tal-Finanzi qed jobsor li l-budget ikompli jittranga, d-dejn jibda jonqos, it-taxxi jibdew jonqsu u jkollu flus ukoll biex ihallas ghall-programmi kollha li fasslulu l-ekonomisti tal-IPSE u tal-MDC, tal-MTA u tal-Ministeru tieghu u dak tal-Prof. Josef Bonnici.

Il-Ministru tal-Finanzi jittama wkoll li l-ekonomija tad-dinja jghaddilha l-inkwiet li waqghet fih u li Malta tbiegh aktar fis-swieq barranin u tigbed lejha aktar turisti. Jekk jahdmu l-projections u kollox imur sewwa ser jghidulna fil-Budget li gej li kollox ser imur sewwa. L-imsiehba socjali jridu jemmnu u jibqghu jittammaw. U maghhom il-membri taghhom.



0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent