logo

Il-Pjan tal-Ministru Dalli
F’dawn l-ahhar snin zgur li numru ikbar ta` nies saru aktar konxji tal-problemi li ghandu l-Gvern biex ikollu flus bizzejjed biex ihallas ghal ispejjez kollha tieghu li jinkludu: pagi tan-numru kbir ta` haddiema li jahdmu fis-settur pubbliku; hlasijiet ghas-servizzi socjali u ghal penzjonijiet, ghas-servizzi ta` sahha u ta` ordni pubblika; kif ukoll ghal inizjattivi, progetti u ncentivi li jsahhu l-infrastruttura u l-ekonomija u joholqu ix-xoghol. Fid-diskors tieghu tal-Budget tal-1999, il-Ministru tal-Finanzi kien habbar programm li kellu jwassal biex b’mod ippjanat iwassal biex fuq numru ta` snin, il-Ministeru tieghu jirnexxilu jara n-nefqa tal-Gvern issir sostenibbli. Dan ifisser li l-Gvern ikun ikkontrolla l-infiq tieghu u zied id-dhul tieghu b’mod li ma tibqax il-htiega li kull sena l-Gvern jiddejjen biex isewwi d-deficit ta` kull sena.


Din tad-deficit ta` kull sena saret pjaga kbira ghax id-dejn li kull sena l-Gvern ikollu jaghmel biex jghalaq id-differenza bejn dhul u hrug wassal biex f’Malta illum id-dejn nazzjonali sploda. Hu stmat infatti li l-Gvern Malti fuq perjodu ta` hames snin sas-sena 2005 ikun zied id-dejn tal-Gvern Lm263miljun. Il-Gvern qed jghid ukoll li din iz-zieda tad-dejn tal-Gvern issib lill-Gvern b'dejn ta` 61% tal-prodott gross nazzjonali (GDP)fis-sena 2005. Biex dan it-target jintlahaq irid isir hafna aktar privatizzazzjoni ghaliex jekk ma jsirx hekk id-dejn nazzjonali jkompli jizdied sas-sena 2005 b’aktar minn Lm80 miljun ohra. Dan il-pronostiku ukoll qed jassumi li l-ekonomija ta` Malta (GDP at constant market prices) ser tikber b’medja ta` 3.4% kull sena sas-sena 2005. Issa nafu li s-sena l-ohra l-ekonomija waqghet lura u din is-sena qed tikber b’rata hafna inqas minn hekk u l-prospetti s’issa ma jidhrux tajbin wisq. Issa meta wiehed iqis x’inhu jigri fid-dinja ta` madwarna u x’impatt jista` jkollu t-tibdil li Malta ghaddejja u ser tkompli taghddi minnhom biex l-ekonomija tirristruttura biex tikkompeti f’suq wiehed kbir Ewropew, wiehed irid izomm crossed-figures ghalhekk li r-rata li fuqha l-gvern ibbaza l-kalkoli tieghu tintlahaq. Jekk le, d-dejn jikber aktar.

Id-Deficit
Mil-lat ekonomiku d-dejn tal-Gvern u l-problema tad-deficit ghandha impatt kbir fuq il-kumplament tal-ekonomija. Hu ghalhekk li l-Gvern bilfors li jrid isib tarf ta` din il-problema. Din problema li trid tissolva waqt li l-Gvern jibqa` jsostni n-nefqa pubblika fuq impjiegi inizjattivi godda u servizzi u ma jghasarx lis-settur privat tant li jgerxu milli jzomm l-impjiegi kollha li hemm fil-illum. Biex dan isir, il-Gvern irid jirnexxielu jkompli bil-programm tal-liberazazzjoni u modernizazzjoni ta` l-ekonomija Maltija, jkompli jsahhah l-infrasstruttura u jkompli jilqa ghal isfidi socjali ta` socjeta` moderna. Mhux facli f’pajjizi fejn kulhadd irid li dan il-bilanc jinzamm.


Il-Gvern qed jittama li d-deficit tal-Gvern ikompli jonqos bhala proporzjon tal-GDP biex sas-sena 2005 Malta tilhaq it-target ta` budget deficit ta` 3% tal-GDP. Ma ninsewx li sal-2005 Malta jista` jkun li tkun trid tghasar hafna biex tilhaq il-kriterji ta` Maastricht u l-budget deficit bilfors li jkun irid jitrazzan b’dan il-mod. Biex dan jintlahaq il-Gvern qed jittama li jkompli jzid id-dhul tieghu b’zieda medja ta` 6% sas-sena 2005 fil-waqt li n-nefqa pubblika tinzamm fuq rata ta` zieda ta` 2% biss kull sena jfisser ukoll li l-Gvern mis-sena d-diehla sas-sena 2005 irid jigbor aktar minni Lm40 miljun ohra kull sena f’VAT, income tax, licenzji u kontiribuzzjonijiet socjali. Jekk dawn ir-rati ma jinzammux m’hemmx cans li t-target ta` 3% tal-GDP sas-sena 2005 jintlahaq.

Kompettitivita`
Issa facli ghal min jippjana li jfassal target u jassumi li kollox imur sewwa. Izda l-verita` tad-dinja ekonomika m’hix facli daqshekk u difficli ferm li Gvern izomm kontroll u jlahhaq it-targets tieghu jekk ma jkunx hemm ftehim nazzjonali. L-ewwelnett Malta hi wahda mill-aktar ekonomiji mifthuha fid-dinja u ahna facilment nintlaqtu minn dak li jsir fid-dinja. Irridu perezempju hafna mis-settur industrijali li jesprta. Dan jesporta lejn id-dinja, l-aktar lejn l-Ewropa Maghquda. Is-suq ewropew hu importanti hafna u daqstant importanti s-swieq l-ohra. Biex nirbhu s-swieq irridu nkunu kompetittivi. Kompetittivita` tfisser produttivita` oghla biex iz-zidiet fl-ispejjez, l-aktar fil-kaz taghna, pagi u salarji, ikunu koperti bil-produttivita` u ma joghlewx il-prezzijiet. Aktar produttivita` tfisser aktar investiment fit-teknologija f’materja prima ta` kwalita` ahjar u aktar tahrig tan-nies u aktar specjalizazzjoni fix-xoghol u fis-swieq. Dan jigi minn zieda fil-profitti li huma s-sors ewlieni ta` aktar investment u minn incentivi u agevolizazzjoni pubblici li jsostnu l-industriji. Dan ifisser ukoll aktar infieq pubbliku. Infieq li jigi meta z-zieda fil-produttivita` izzid l-esportazzjoni, izzid l-investiment u l-qliegh tal-intrapriza u z-zieda fil-pagi u s-salarji li flimkien izidu l-GDP. Meta jikber il-GDP jikber ukoll id-dhul tal-Gvern minghajr htiega li jizdiedu t-taxxi. Zieda fid-dhul tal-Gvern ifisser tnaqqis tad-dejn u tal-hlasijiet kull sena tal-interessi fuq id-djun.

L-istess argument jghodd ghas-settur l-iehor tant importanti ghal Malta, is-settur tat-turizmu. Dan hu settur li jrid il-hin kollu jikkompeti hekk kif pajjiz wiehed wara l-iehor jirsisti biex jigbed lejh aktar turisti. Kulhadd f’bahar wiehed u t-turisti jmorru fejn jaqbel lit-tour operator. Ikun jaqbel fejn il-prezz hu tajjeb ghal dak li pajjiz ghandu x’joffri. Hawn ukoll is-sigriet hu l-kompetittivita`. Kif ser jirnexxielna nibqghu inzidu s-salarji u l-pagi, inkomplu ninvestu fi stabbiliment izbah skond il-kriterji moderni tas-suq u kif ser inkomplu nibzghu ghal u nizviluppaw aktar il-prodott Malti minghajr ma nzidu fl-ispejjez u nghollu l-prezzijiet. Kif jigifieri ser inzidu l-produttivita` f’dan il-qasam. Ghax jekk ma tizdiedx l-efficjenza jghollew il-prezzijiet. Din tkompli ittellifna l-kompetittivita`.

Wara dawn jidhlu dawk kollha li jahdmu fis-setturi l-ohra kollha privati u pubblici li jsostnu s-sistemi kollha li jsahhu l-ekonomija ta` pajjizna. Jekk dawn is-setturi kollha – biedja, sajd kummerc, finanzi, proprjeta, banek, hwienet, servizzi, hu x’inhu l-qasam, ma jkunux kompetittivi dawn jghollu l-ispejjez ghal l-ohrajn li jridu jbieghu lill-barranin. Il-kompetittivita` jigifieri hi katina. Mhux inharsu lejn l-industriji jew lejn il-hotels jew lejn it-tarznari. Irridu nkunu aktar produttivi u aktar kompetittivi kullimkien. Ghax l-ekonomija hi katina wahda. Hadd ma jista` jghid ma jimpurtanix. Din hi l-ekonomija moderna. Iktar ma jghaddi z-zmien aktar qed jigri li dawk li hobzhom mahbuz jigri x’jigri fil-pajjiz, jonqsu ghax aktar impjiegi jiddependu minn dak li jsir fis-suq. Is-sigriet li tibqa b’sahhtek fis-suq hi l-kompetittivita`.

Ftehim Nazzjonali
Pajjizna m’ghandux ghazla dwar din il-haga, Ewropa u mhux Ewropa. Ma jistghax settur wiehed, jew frazzjoni wahda fis-socjeta tibqa` tahseb li l-problema hi ta` haddiehor. Dan hu llum xoghol l-MCESD. Hawn l-imsiehba socjali kollha ghandhom ir-responsabbilita kbira li jaraw li pajjizna jibqa kompetittiv huma x’inhuma l-ghazliet li jaghmel. Irid ikollna l-hila nfasslu it-targets flimkien. Jekk il-Gvern wahdu jfassal targets li dwarhom ma jkollux il-kunsens tal-imsiehba socjali zgur li jbghati biex jasal. Il-politici eletti fil-Gvern wahedhom, huma ta` liema kulur huma u bravi kemm huma bravi, wahedhom ma jaslux. Illum m’ghadux iz-zmien fejn Gvern jista` jiddetta. Ghalhekk pajjizna bil-fors li jrid ftehim bejn l-imsiehba socjali.

Malta trid Kuntratt Nazzjonali fejn l-imsiehba socjali flimkien jaqblu dwar targets li rridu nilhqu biex ikollna dak it-tkattir ekonomiku li wahdu jgib iz-zidiet fil-pagi, fil-profitti, fil-kwalita` tal-hajja u fis-sostenn tan-nefqa pubblika. Meta l-imsiehba socjali jaqblu dwar it-targets imbaghad iridu jfasslu l-ftehim li jwassalhom biex dawn it-targets pajjizna jilhaqhom. S’issa ghadna nahsbu li r-responsabbilta` li naslu hi biss tal-Gvern. X’genn! Ir-responsabbilta` hi taghna wkoll. L-aktar ta` l-imsiehba socjali li flimkien mal-Gvern hi r-responsabbilita` taghhom li lill-pajjizna jmexxuh lejn futur ahjar!

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent