logo

Haga li jitkellmu fuqha n-nies meta jharsu madwarhom hi n-nuqqas ta’ ppjanar serju f’pajjizna. Thares fejn thares. Jekk tiehu l-ambjent, per ezempju, zgur li n-nies ma jifhmux kif wara 10 snin li ilna bl-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, li issa saret l-Awtorita’ Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar (il-MEPA), pajjizna jinsab fl-istat li hu llum. Hadd m’ghamel kalkoli kemm hallasna f’pagi biss biex mit-taxxi taghna zammejna organizzazzjoni ta’ 350 impjegat, u b’ruxmata ohra ta’ spejjez f’konsultazzjoni, biex suppost li indokrajna l-ambjent. Hadd ma ikkalokola x’qamu lill-pajjizna l-hafna decizjonijiet zbaljati li hadu ta’ l-Ippjanar. Ghax fis-settur pubbliku hekk: kulhadd jiftahar bl-eghgubijiet u hadd ma jsemmi kemm qamu u x’effett kellhom id-decizjonijiet hziena. Il-fatt hu li n-nies iqisu li l-istat ta’ l-ambjent Malti llum hu aghar milli kien 10 snin ilu. Zbaljati n-nies? Difficli tghid. Dan ghax m’hemm l-ebda dubju li bid-difetti kollha li kien fih, il-Pjan Strutturali ghal Malta u Ghawdex, li fuqu hadmet l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u li qed tahdem fuqu l-MEPA, u li bhalissa qed jigi rivedut, zgur li hu hafna u hafna ahjar milli kieku bqajna nipprocedu bla pjan. Difficli li jkun ikkalokalat dan meta wiehed jaqbad karozza u jdur ma’ Malta u Ghawdex ghax tant tara gharukazi lissibha bi tqila biex temmen li l-Pjan hadem. Izda meta mbaghad toqghod tahseb x’seta’ gara aktar bla Pjan, ikollok tghid li bl-izbalji kollha taghha, ahjar ferm bil-MEPA milli minghajrha.


Inkonsistenti
In-nies, u mhux biss dawk li ma jifhmux, izda wkoll periti ta’ esperjenza, jghidulek li problema ewlenija hi l-inkonsistenza li biha timxi l-MEPA. Hadd ma jifhem kif fl-istess zona bini jitla’, iehor le, wiehed jgholli, l-iehor jinzamm, wiehed jikser il-ligi u jithalla sfaccatament u lill-iehor isalbuh. Ftit huma dawk li jemmnu li l-MEPA hi accountable ghal xi hadd. Kulhadd stghageb, per ezempju, meta sema’ lill-Prim Ministru jghid fuq it-TV li huwa wkoll jiddejjaq kull meta jghaddi mix-Xatt tal-Belt u jhares lejn il-Birgu u jara dik il-porkerija ta’ bini li tiela’ u li ser ikerrah ghal dejjem wahda mill-isbah xenarji li ghandha Malta, izda li hu bhala Prim Ministru ta’ pajjizna, ma jista jaghmel xejn. Kulhadd l-istess reazzjoni kellu: jekk Prim Ministru ma jista jaghmel xejn biex igieghel lill-MEPA twaqqaf l-gharukazijiet anke meta kulhadd hu ta’ fehma wahda: gvern, oppozizzjoni, ambjentalisti, kommunita’ lokali u pubbliku in-generali, allura min jista ghal dawn l-allat tal-MEPA?!

Min jappuntahom
In-nies jistaqsu: lill-Awtorita’ min jappuntaha? Lil min huma accountable n-nies ta’ fuq il-Bord ta’ l-Awtorita’? Ic-Chairman min jahtru? Kemm hu involut il-poplu f’dawn l-ghazliet? Kemm hu nvolut il-Parlament? Kemm huma nvoluti l-imsiehba socjali? X’arroganza assoluta hi li gvern (u anke oppozizzjoni) jaghzlu nies bla hadd ma jaf min huma? X’ kwalifili ghandhom? U fuq kollox, lejn min huma accountable? Jien ma rrid nitfa dell fuq hadd, imma ghalija la ma ndahaltx xejn anqas bl-aktar mod remot fid-decizjoni ta’ l-ghazla, jien ma nhossx li b’xi mod xi hadd fuq l-Awtorita’ jirraprezentani. Din hi xi haga li zgur trid tinbidel f’demokrazija bhal taghna. Ma jistax ikun li l-ghazliet ta’ nies li huma tant importanti ghal dak li jigri lil pajjizna, mhux ghal-lum, izda ghal dejjem, jkunu l-ghazla privileggjata ta’ xi Ministru jew ta’ xi nies wara l-kwinti. Il-process ta’ l-ghazla ghandu jinbidel.

Nibdew bic-Chairman: dan ghandu jkun persuna li tidher li hi kwalifikata u tidher li hi ghandha r-rispett ta’ kulhadd. Qabel issir l-ghazla ghandu jinharaeg avviz lill-korpi kollha, organizazzjonijiet, Kmamar t’esperti, assocjazzjonijiet, Kunsilli u s-Socjeta’ Civili biex jaghmlu r-rakkomandazzjonjiet u jressqu l-ismijiet. Kummissjoni ta’ esperti immexxija mill-President ta’ Malta, simili ghall-Kummissjoni dwar il-Gustizzja, imbaghad taghmel l-ghazla u l-President ta’ Malta jappunta. Le, mhux il-Parlament. Il-Parlament Malti hu l-aktar post demokratiku fejn issir l-ghazla, izda mhux l-aktar post tekniku u zgur mhux l-anqas pregudikat. Kummissjoni Nazzjonali maghzula bir-reqqa tkun anqas suggetta ghas-suspett u ghalhekk ikollha aktar fiducja tan-nies u l-ghazla ghalhekk tkun aktar accettabbli u tigbed l-ghola rispett.

Jista jsir l-istess ghall-membri l-ohra kollha ta’ l-Awtorita’. Jista izda jkun hemm ghazla mod iehor billi kull settur rapprezentat fuq l-Awtorita’ jkun nominat direttament min korpi kostitwiti u mis-socjeta’ civili jew ambjentalisti, kamra tal-periti, etc… skond il-kaz. L-ghazliet ghalhekk ikunu accountable. Illum hemm nies jirraprezentaw lill-kummerc, per ezempju. Min huma dawn? Min ghazilhom? Lil min huma accountable? Mhux bilfors lil Ministru li appuntahom allura jaghtu kaz l-aktar. Dawn in-nies ghandhom fl-ewwel stadju jkunu, per ezempju, fil-kaz tal-kummerc u ekonomija, nominati wara sejha apposta, mill-ghaqdiet kollha tal-kummerc, u mhux min wara l-kwinti.

Sistema gdida
B’mod apert ghandhom jiltaqghu l-ghaqdiet rikonoxxuti f’assembleja, u flimkien jaqblu, u jekk hemm bzonn jivvutaw, ghall-persuna li tirraprezenta s-settur taghhom. U l-persuna maghzula trid tibqa accountable lill-Assembleja li tkun ghazlitha u tibqa responsabbli li tirraporta lill-istess Assembleja u li tirreferi lilha fuq kwistjonijiet importanti u ta’ principju u ta’ mportanza nazzjonali.

L-ebda membru tal-Awtorita’ ma ghandu jhossu li hu ma jirraprezenta lil hadd u ghalhekk ghandu d-dritt jaghmel li jidhirlu, jivvota fis-sigriet kif jiddeciedi hu wahdu, bla ebda obligu li jaghti rendikont ta’ ghemilu lil xi hadd jew li jiehu parir ta’ xi hadd.

Din is-sistema ghalhekk tkun tghodd ghal kull nominazzjoni fuq l-Awtorita’. L-ambjentalisti fl-Assembleja taghhom, jaghzlu taghhom, bhal ma jaghmlu tal-Kummerc, l-istess it-teknici, l-istess in-nies ta’ l-Awtorita’ stess, l-istess il-Kunsilli Lokali, l-istess is-Socjeta’ Civili u l-istess ukoll il-Partit fl-Oppozizjzoni – kull settur li dwaru jaqbel il-Parlament li ghandhom ikunu raprezentati fuq l-Awtorita’. U mhux kell persuna tkun tista’ tintghazel. Jinkitbu wkoll il-kriterji li jidentifikaw il-kredibilita’ u s-serjeta’ ta’ dak jew dik li tkun u wkoll il-kwalifika jew l-esperjenza li timmerithom jitkellmu ghas-settur taghhom fuq kwistjonijiet ta’ Ambjent u Ippjanar. Din l-Awtorita’ li issa jkollha forma ta’ accountablity tkun trid imbaghad tizgura li l-ghazliet kollha ta’ nies interni ghall-MEPA jsiru wkoll minnha u tkun responsabbli ghal ghemilhom hi.

Accountability
Jekk il-poplu jirbah il-fiducja fl-Awtorita’ ghax jemmen li min jiddeciedi u jmexxi hu accountable ghalih, allura forsi nibdew inkunu aktar fiducjuzi li pajjizna qieghed f’idejn tajba. Illum din il-fiducja mhix hemm. Mhux ta’ b’xejn allura li hawn hafna diceriji u jinstemghu hafna stejjer. Il-Prim Ministru la ammetta li la hu u la hadd ma jista ghalihom, issa bil-fors li jrid jiccaqlaq. Jekk huwa suggett li jaqbel fuqu kulhadd, hu x’inhu l-kulur politiku tieghu, hu li pajjizna ma jistax jittollera aktar zdingar u nuqqas ta’ serjeta’ f’dak kollu li jirrigwarda l-ambjent u l-patrimonju nazzjonali. Ghalhekk li min jikkmanda jrid ikun hu li jidher li hu accountable. Qatt aktar m’ghndha tinstema li l-Prim Ministru ma jista jaghmel xejn u li allura hadd ma jista jaghmel xejn.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent