logo

Mhuh Miftuha
Haga li ttini pjacir meta nithallat maz-zghazagh fuq grokk tal-Milied jew waqt xi diskussjoni bejn il-hbieb, hi kemm hawn min jaf ihares lil hinn mill-medjokrita’ ta’ l-argumenti li ta’ kuljum nisimghu fuq ir-radjijiet taghna. Aktar iva milli le, hafna argumenti li johorgu bis-sahha tas-sistema tat-telefonati fuq ir-radjijiet huma argumenti b’doza qawwija ta’ politika u ta’ pregudizzju. Mhux hekk izda meta toqghod bil-qedgha maz-zghazagh intelligenti li llum fortunatament ghandna hafna minnhom. Tajjeb infatti li l-politici jindunaw li ghalkemm imzazen baqa’ hafna, u baqa’ hafna nies ta’ mohh maghluq, in-numru ta’ dawk li juzaw mohhhom, jahsbuha u joghmoduha qabel jghiduha u qabel jiddeciduha, qieghed dejjem jikber.

 


Diskussjoni li kelli dan l-ahhar haditna f’analizi ta’ kif inharsu lejn il-futur tac-civilta’ li l-aktar li naghmlu parti minnha. Dik li b’mod komuni nghidulha c-civilta’ tal-Punent. Mhux ghax kull min jaghmel parti minnha hu tal-Punent, izda ghax l-gheruq huwa fil-fatt tal-Punent, anke jekk din ic-civilta’ tifrex mill-Amerika ta’ Fuq ghall-Ewropa, ghall-Awstralja u ghal New Zealand.

Il-Punent
Dak li jiddistingwi lill-pajjizi hekk imsejha tal-Punent, huwa n-numru ta’ karatteristici partikolari. L-ewwelnett, il-pajjizi tal-Punent, bhala medja huma ekonomikament aktar sinjuri mill-pajjizi li flimkien jiffurmaw civiltajiet ohra. Dan anke meta dawn il-pajjizi ghaddew minn zminijiet fejn ekonomikament ma tantx kienu sejrin tajjeb. Raguni ghala l-ekonomiji ta’ dawn il-pajjizi ma zammewx ir-ritmu tat-tkattir tal-gid li raw ghal snin twal hu fil-fatt karatteristika ohra tal-pajjizi tal-Punent: dik ta’ rata gholja ta’ konsum, kemm fuq skala individwali kif ukoll fuq livell kollettiv.

Il-konsumizmu li hakem lil dawn il-pajjizi ha prijorita’ fuq il-hila ta’ l-ekonomija ta’ dawn il-pajjizi li jinvestu u li joholqu aktar kapacitajiet ghat-tishih ta’ dak kollu li johloq il-gid ghal futur kif ukoll ghat-tishih tal-poter u ta’ dominanza ekonomika, politika u militari.

Karatteristika ohra hi li f’dawn il-pajjizi, ir-rata ta’ tkattir tal-popolazzjoni hi baxxa hafna, specjalment meta din tkun imqabbla mar-rati tat-tkattir tal-popolazzjonijiet f’civiltajiet ohra partikolarment fil-pajjizi Islamici. Karatteristika pozittiva hi dik ta’ l-avvanz xjentifiku u tal-kapital investit fir-ricerka. Dawn huma ragunijiet ewlenin ghalhiex il-pajjizi tal-Punent komplew jistghanew matul is-snin. Karatteristika ohra li dahlet bhala kumpens ghat-tnaqqis fir-rata tat-tkattir naturali tal-popolazzjoni hi dik ta’ l-immigrazzjoni. L-immigrazzjoni tat spinta lill-ekonomiji ta’ dawn il-pajjizi ghax gabet maghha energiji godda u kapital uman. Dan kien tant mehtieg specjalment fejn l-immigrant kien assorbit sewwa fil-kommunitajiet fejn emigra.

Dekadenza
Karatteristici ohra li fl-ahhar snin bdew jiddistingwu ruhhom fil-pajjizi tal-Punent sfortunatament huma dawk tad-dekandenza morali u kulturali. Meta l-argument jizvolgi dwar dan, wiehed irid jelenka kif din id-dekadenza qed timmanifesta ruhha fil-pajjizi tal-Punent. Fost il-karatteristici li jidhru car hemm:
ï‚· Zieda qawwija f’dik li hi dekadenza tal-familja, bhalma hi r-rata dejjem tikber ta’ divorzji, il-legitimazzjoni, tqala fost l-adoloxxenti, u zieda qawwija fil-familji b’genitur wiehed u fin-numru ta’ tfal minghajr attenzjoni ta’ genituri.
ï‚· Zieda qawwija fl-imgieba anti-socjali bhalma hi zieda fil-kriminalita’, iz-zieda fl-uzu u t-traffikar tad-droga, zieda fil-korruzzjoni u zieda fil-vjolenza b’mod generali.
ï‚· Waqa’ f’dak li konna nsejhulu l-“kapital socjali”, jigifieri nuqqas fl-involviment ta’ l-individwi f’socjetajiet volontarji u ta’ assistenza u f’partecipazzjoni kommunitarja u fuq livell lokali.
ï‚· Djufija f’dik li tissejjah l-etika tax-xoghol: tnaqqis konsiderevoli fil-bzulija u fir-rikonoxximent ta’ l-importanza tax-xoghol, tnaqqis fl-attenzjoni fuq il-post tax-xoghol u tnaqqir tal-kapacita’ produttiva, u mill-banda l-ohra tishih tal-kultura tat-tberbieq.
ï‚· Tnaqqir fir-rieda u l-kilba ghal aktar taghlim u attivitajiet intelletwali. Dan qed jirrizulta f’rizultati skolastici ta’ livelli baxxi f’pajjizi ewlenin bhal ma huma l-Istati Uniti, l-Ingilterra u Franza.

Il-Futur
Ta’ sikwit naqraw u nisimghu dwar l-avvanz ekonomiku u dak militari. L-aktar li nisimghu huma c-cifri ekonomici. Hafna drabi ma nifhmux ghaliex ikun hemm tendenza li c-cifri ekonomici qishom jistallaw u qisu li jsir xi jsir dawn ma jitrangawx. Ninsew hafna drabi li l-ekonomiji jiddependu mis-socjeta’ li taghhom l-ekonomija hija l-magna. Jigifieri l-ekonomija mhux “Il-Kollox”. Is-socjeta’ hija ikbar mill-ekonomija. Ninsew li l-ekonomiji jirriflettu dak li jsir fis-socjeta’. M’hemm l-ebda dubbju li jekk il-pajjizi tal-Punent mhux ser isibu tarf ta’ dawk il-karatteristici li qedghin idghajfu c-civilta’ tal-Punent u jifnu minn gewwa l-energiji li dawn l-istess socjetajiet jehtiegu biex jiggeneraw lilhom infushom, li l-futur tac-civilta’ tal-Punent tkompli tmajna. Din iggib maghha wkoll tnaqqis fl-influenza u s-setgha li l-pajjizi tal-Punent ghandhom fuq il-kumplament tad-dinja.

Il-Kumplament tad-dinja
Diga llum qed tinhass li partijiet importani tad-dinja li fihom jghixu miljuni kbar ta’ nies qed jifhmu li moralment m’hemm xejn x’jammiraw fil-Punent. Anzi huma hafna dawk, specjalment f’pajjizi Islamici u f’pajjizi Asjatici, li qed ihossuhom li moralment huma superjuri ghal dawk tal-Punent. Dan il-fenomenu qed jirrifletti ruhu wkoll fl-istess pajjizi tal-Punent fejn l-immigranti mhux qed jaddottaw aktar id-drawwiet u c-civilta’ tal-pajjizi li jmorru jghixu fihom, izda qed jaghzlu li jzommu l-mod ta’ hajja, drawwiet u valuri tas-socjeta’ tradizzjonali minn fejn ikunu emigraw. Dan il-fenomenu hu evidenti hafna fost l-Islamici fl-Ewropa u l-Hispanics fl-Istati Uniti.

Il-Perm
Min-naha l-ohra l-gheruq tac-civilta’ li ddominat lill-pajjizi tal-Punent ghal tant sekli li kienu msejjsa fuq religjon Kristjana qed jitmermru hekk kif ikompli jonqos b’mod allarmanti l-proporzjon tal-popolazzjoni fil-pajjizi tal-Punent li ghadhom izommu twemmin religjuz u li ghadhom jiprattikaw ir-religjon Kristjana. Dan mhux argument ta’ ostilita’ lejn religjon fundamentali tal-pajjizi tal-Punent, izda indifferenza li dejjem tinfirex. Indifferenza li qed tnaqqar perm ewlieni u mportanti tac-civilta’ tal-Punent kif dejjem konna nafuha.

Hemm karatteristici ohra izda li baqghu sodi hafna u li jorbtu flimkien il-mod kif in-nies fil-pajjizi tal-Punent jifhmuha. Dan hu t-twemmin fil-liberta’, fid-demokrazija, fl-individwalizmu, fl-egwalita’ quddiem il-ligi u fis-sahha tal-ligi, il-kostituzzjonalizmu u d-dritt tal-proprjeta’ privata.

X’inhu jsir
Hu f’dan l-isfond li wiehed irid jifhem ghaliex dawk li jikkmandaw fil-pajjizi dominanti tal-Punent, kemm dawk ta’ l-Amerika ta’ Fuq kif ukoll dawk Ewropej, qedghin jistinkaw tant biex isahhu l-istituzzjonijiet primarji li jghaqqdu flimkien il-pajjizi li jaqghu fl-isfera tal-Punent. Sa ftit tas-snin ilu, t-theddida tal-gwerra min-naha ta' l-Unjoni Sovjetika kienet izzomm lil dawn il-pajjizi bhal qisu migbura u maghquda flimkien. It-theddida tal-gwerra u l-firda idjologika fid-dinja kienet isservi bhala l-istruttura ta’ l-ghaqda. Mhux hekk izda wara l-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin. Hu ghalhekk allura li l-karatteristici tat-tmermir ta’ l-ghaqda fost il-pajjizi tal-Punent li kien ilhom diga jimmanifestaw ruhhom minn zmien twil qabel il-waq’ tal-hajt ta’ Berlin, issa accelleraw l-impatt taghhom. Wiehed jifhem ghalhekk ghaliex ukoll il-mexxejja tal-Punent f’dawn l-ahhar snin kattru l-isforzi taghhom biex jinghataw hajja mill-gdid l-organizzazzjonijiet li kienu jservu ta’ ghaqda fost il-pajjizi tal-Punent. Hawn wiehed jifhem l-isforzi kbar li saru biex titkattar u titwessa n-NATO li tigbor flimkien il-pajjizi taz-zewg nahat ta’ l-Atlantiku. Nifhmu wkoll l-energija kbira li ntefghet mill-kapijiet tal-pajjizi ewlenin ta’ l-Ewropa biex titwessa u tissahhah l-ghaqda fost il-pajjizi ta’ l-Ewropa li jhaddnu t-twemmin ibbazat fuq il-liberta’, id-demokrazija u l-kostituzzjonalizmu. Nifhmu ghaliex dan l-entuzjazmu kollu dwar it-tkattir ta’ l-Unjoni Ewropea li se jkun issigillat f’April li gej f’Ateni.

Id-dinja qed ticcaqlaq u qed jittiehdu pozizzjonijiet biex l-izviluppi jsiru b’mod determinat umhux jithalla aktar ghal rihu, jew jithalla f’idejn min mhux obligat jaghti rendikont. Pajjizna hu zghir wisq biex jiddetermina jew jiddetta. Aktar iva milli le, irid isegwi dak li jsir madwarna, jippartecipa kemm jista u fejn jista, u jiddeciedi b’intelligenza x’inhi l-ahjar ghazla. Ahna wkoll wara kollox naghmlu parti minn din id-dinja li qed tinbidel.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent