logo

Atlas Banner
Il-ligi l-gdida tal-Kundizzjonijiet tax-xoghol

L-ERA
Ghal aktar minn 50 sena l-kundizzjonijiet tax-xoghol f’Malta kienu mhaddma fuq ic-CERA – il-Conditions of Employment (Regulations) Act. Skond il-white paper tal-Ministru Laurence Gonzi din il-Ligi issa ser tinbidel. Flokha diehla l-ERA – l-Employment Relations Act. Il-ligi ta’ Dr Gonzi hi probabbli l-aktar ligi socjalista li ddahhlet fil-Parlament Malti minn Mintoff ‘l hawn. Jien ma nahsibx li l-haddiema ghandhom ghalfejn igergru b’din il-ligi. Anzi qiesa miktuba mill-avukati tat-Trade Unions. Mhux l-istess ghas-sidien tal-intraprizi Maltin. It-talbiet taghhom gew injorati ghal kollox. L-aktar tal-intraprizi z-zghar rapprezentati mill-GRTU. Ghalihom xejn. Anzi kompla jehdilhom.

0
0
0
s2sdefault
Kif ser immorru
Il-mistoqsija li l-aktar li jsaqsuni f’dawn il-granet hi dik li tirrigwardja l-andament tal-ekonomija matul din is-sena. Illum kulhadd jifhem li l-ekonomija hi xi haga li tinbidel. Mhux dak li hu llum bilfors jibqa’ l-istess ix-xahar id-diehel jew sitt xhur ohra. Mill-banda l-ohra dak li sar ix-xahar l-iehor jew xhur ilu jaffettwa dak li ser isir fix-xhur li gejjin. L-ekonomija hi katina ta’ avvenimenti u attivitajiet kemm f’Malta kif ukoll barra li flimkien jaffetwaw dak li jsir fil-pajjiz. Bla flus la tghannaq u lanqas tbus, jghid il-Malti. Jekk l-ekonomija ma trendix flus bizzejjed ma jkunx hawn tant tghanniq u jizdied it-tgergir. In-nies mhux talli ma thossiex tajba, izda tibda taqta’ n-nifs. Il-konsumatur ma jonfoqx. L-imprenditur ma jinvestiex. Jigri bil-maqlub meta n-nies thossha sewwa, thossha komda. Ghalhekk il-gvernijiet mohhhom biex joholqu atmosfera ekonomika tajba.

0
0
0
s2sdefault
Ghan-nizla
L-ekonomija ma tridx taf. Xahar wara xahar, l-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika johrog set ta’ statistika wiehed wara l-iehor b’sinjali cari kollha f’direzzjoni wahda, dik il-hazina. L-isfel. Izda haga tal-ghageb f’pajjizna l-ekonomija taghna mhux news. L-importanti huma l-hrejjef l-ohra li min irid jaljenana jistordina bihom.

0
0
0
s2sdefault
L-ERA
Diga’ ghidt li l-ERA, l-Employment Relations Act, propost mill-Ministru Dr. Lawrence Gonzi, hu bad news ghall-proprjetarji tan-negozji z-zghar u ghal dawk kollha li jahdmu ghal rashom. L-aghar li marru b’dawn il-proposti huma n-negozji tal-familja. Aktar minn 90% tal-intraprizi Maltin huma intraprizi fejn jahdmu aktar minn membru wiehed tal-familja. Fl-ERA m’hemm xejn favurihom. M’hemm xejn favur min jahdem ghal rasu. M’hemm xejn ghall-intraprizi Maltin li ma jhaddmux aktar minn 10 minn nies. Addio l-kliem dwar politika favur in-negozji z-zghar. Addio l-kliem favur ic-Charter tan-Negozji z-Zghar tal-Unjoni Ewropea. Addio il-kliem sabih favur il-familja.

0
0
0
s2sdefault
Awash with debt
L-ekonomija Maltija llum pogguta fuq buzzieqa enormi ta’ dejn. Id-dejn nazzjonali lahaq cifri li sa ftit ta’ snin ilu kienu immaginabbli. Izda l-buzzieqa mhux biss tad-dejn nazzjonali. Il-buzzieqa hi hafna akbar minn hekk ghaliex hi buzzieqa li tifrex u ssostni l-ekonomija ta’ Malta kollha. Bl-ingliz nghidu li Malta “is awash with debt”. Id-dejn rikibna: negozji privati kbar u zghar, minn kull settur, korporazzjonijiet tal-gvern u l-gvern innifsu, flimkien ma eluf kbar ta’ konsumaturi u households Maltin. Mhux hekk jahdmu l-ekonomiji moderni hawn min jghid? Le, mhux hekk. Dejn li jirrelata mat-tkabbir attwali tal-ekonomija ta’ pajjiz, iva. Dejn li jsostni ritmu ekonomiku artificjali, le. It-tkattir ekonomiku jrid ikun reali u sostnut miz-zieda fil-produttivita. Meta t-tkattir jkun sostnut biss b’estenzjoni ta’ aktar dejn dan ikun hazin. Meta l-perjodu ta’ tkattir mghobbi u mhallas bid-djun jittawwal sena wara sena, bhal ma gara f’Malta f’dawn l-ahhar snin, il-pajjiz jiffacja krizi li mhux facli tohrog minnha.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent