logo

Atlas Banner

Il-GRTU u l-Merchants Street Business Community Association (MSBCA) illum laqqgħu lis-sidien tan-negozji li jinsabu  fi Triq il-Merkanti, Valletta u dan in vista ta’ l-aħħar żviluppi dwar ir-rilokazzjoni tal-bejjiegħa tal-monti.

Is-sidien tal-ħwienet ta’ Strada Merkanti filwaqt li jirrijaffermaw li għamlu investiment ta’ miljuni ta’ ewro fil-ħwienet tagħhom u dan sabiex itejjbu l-

livell tan-negozju tagħhom, ma jistgħux jiġu issa f’pożizzjoni li l-investiment tagħhom jixxejjen.

Jifhmu li anke il-bejjiegħa tal-monti iridu jaqilgħu l-għixien tagħhom u huwa għalhekk illi qed jipproponu li l-bejjiegħa jerġgħu imorru quddiem is-Suq tal-Belt propju fejn kienu ftit taż-żmien ilu.

Is-sidien huma ferm preokkupati li numru ta’ franchises li qed joperaw minn Strada Merkanti huma deċiżi li jirtiraw jekk kemm-il darba il-monti jiġi rilokat matul Triq il-Merkanti.

Is-Sidien disposti li jitkellmu u jiddisktu u dan bil-għan li tinstab soluzzjoni.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent