logo

Atlas Banner

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes illum nieda l-iskema tal-Marka ta' Kwalità għall-prodotti agrikoli lokali. Din il-Marka ta' Kwalità - li se tkun qed titpoġġa fuq prodotti li jilħqu ċertu livell -
se tkun garanzija li l-prodott li qed jinxtara mhux biss jilħaq l-istandards minimi Ewropej, iżda fih ukoll ċertu kwalitajiet li jmorru lil hinn fil-mod kif ġie kkultivat/mrobbi, mwassal u ppakjat, bil-garanziji ta' proċess awditjat u ċertifikat f'mod indipendenti.

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif din mhux se tkun sempliċiment tikketta li titwaħħal ma' kwalunkwe prodott, iżda sservi wkoll ta' protezzjoni għall-prodotti u produtturi ġenwini.

Roderick Galdes irrimarka kif b'din l-iskema, mill-għalqa sal-mejda il-prodott se jkun traċċabli u l-proċess trasparenti. Hu qal li kien ilu jinħass il-bżonn biex bħal pajjiżi oħra, Malta jkollha sistema u prodotti lokali li jaqgħu taħt il-qafas magħruf u sostnut mill-Unjoni Ewropea.

Hu spjega li diġa tnieda proċess ta' konsultazzjoni dwar l-istandards ta' kwalità ma' diversi raħħala u bdiewa f'diversi setturi, b'mod partikolari l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, tadam tal-ipproċessar, laħam tal-fenek, għasel, laħam tal-majjal, ħalib u prodotti tal-ħalib tal-baqar, ħalib u prodotti tal-ħalib tan-nagħaġ u mogħoż, frott u ħaxix frisk, u bajd u laħam tat-tiġieġ. Madankollu din il-lista mhux esklussiva u għaldaqstant aktar setturi u prodotti jistgħu jiġu nklużi fil-futur.

Il-logo intgħażel wara kompetizzjoni b'madwar 100 sottomissjoni minn tim ta' tlett esperti fil-qasam tal-marketing u komunikazzjoni li b'mod indipendenti għażlu r-rebbieħ. Eventwalment il-logo magħżul ġie emendat skont ir-rakkomandazjonijiet tal-esperti.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent