logo

Atlas Banner

Il-Green MT illum, 14 ta` Novembru, prezentat kawza ta` libell kontra l-Editur ta' "L-Orizzont", fuq l-artiklu malafamanti u libelluz li gie ppublikat mill-istess gazzetta imsemmi "Se jkollhom ihallsu intortament ghal Eko-Kontribuzzjoni".

Green MT qed izzomm lill-Editur ta' "L-Orizzont" responsabbli ukoll, apparti mid-dani naxxenti mill-malafama, ghal kull telf finanzjarju li l-kumpanija Green MT jista' jkollha fil-futur minhabba allegazzjonijiet infondati u informazzjoni skoretta.

Ir-Rapport li nghata lill-MEPA kull tlett xhur u fl-ahhar tas-sena 2012, ma fih l-ebda informazzjoni dwar kemm ipoggu fis-suq skart tal-ippakeggjar membri tal-iskema li huma ezenti mill-Eko Kontribuzzjoni. Ir-Rapport jelenka lammont totali ta' membri ta' skema u kemm ipoggu fis-suq kollha flimkien. L-Obbligi ta' dan ir-rapport jaqaw that l-obbligazzjoni tal-permess tal-operat li jinhareg mill-MEPA taht avviz legali 277 ta' 2006.

L-Iskop makkjaveljan ta' dan l-Artiklu huwa intenzjonat biex membri ta' Green MT li llum ghandhom certifikat provizjonali ta' ezenzjoni mill-Eko Kontribuzzjoni ghas-sena 2014, u li dalwaqt ser ikollhom japplikaw ghal ezenzjoni ghas-sena 2015 jaqillbu l-Iskema u jmorru ma' Green Pak. Dan ikun ifisser li Green MT titlef introjtu finanzjarju konsiderevoli u jkollha twaqqaf l-operat taghha.

Jidher fic-car li ghal ragunijiet mhux maghrufa l-Editur ta' "L-Orizzont" qed jaghti appogg totali lill-Green Pak. Dan mhux l-ewwel Artiklu f'sensiela li ippublikat "L-Orizzont".

L-Orizzont jidher li qed tahdem bi shih biex jinholoq il-monopolju fis-settur tal-gbir tal-iskart tal-ipakeggjar, billi tibqa` biss il-Green Pak waheda bhala skema awtorizzata f'pajjizna.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent