logo

Atlas Banner

Waqt Konferenza organizzata illum ghal SMEs, l-Ministru Christian Cardona qal li l-Ministeru tiegħu qed jaħdem fuq il-ħolqien ta' Liġi dwar in-negozju tal-familja. Din il-Konferneza kienet wahda bin bosta organizzati din il-gimgha bhala parti mic-celebrazzjoni Ewropeja, ghaldaqstant fl-Ewropa kollha, tal-SME week, iccelebrata f'Ottubru.

Joanna Drake, Direttur għall-promozzjoni tal-kompettitività tal-SMEs fil-Kummissjoni Ewropea, qalet li minkejja t-titjib li sar, l-Ewropa għadha ma rkupratx għal kollox mill-kriżi ekonomika li ħalliet effetti kbar fuq l-SMEs. Hija saħqet li l-Ewropa għandha tneħħi l-burokrazija żejda għax din ixxekkel in-negozju, speċjalment tal-SMEs.

Dr Drake żiedet tgħid li fl-Ewropa kollha llum hawn 2 miljun persuna inqas jaħdmu fl-SMEs milli kien hemm fl-2008. Malta kellha l-benefiċċju li ma ntlaqtitx mill-kriżi daqs pajjiżi oħra. Ir-rwol tal-gvern irid ikun li joħloq ambjent aħjar biex l-SMEs ikollhom fejn joperaw, saħqet Dr Drake.

Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa li l-SMEs Maltin ikollhom għarfien dwar l-għajnuniet finanzjarji li jistgħu jiksbu mill-Unjoni Ewropea.

Paul Abela, President tal-GRTU ssuġġerixxa li l-fondi li jiġu mgħoddija mill-Bank Ċentrali Ewropew jibdew imorru direttament għand il-Malta Enterprise biex tgħaddihom hi lin-negozji, u mhux imorru għand il-banek l-ewwel. Dan ikun ta' għajnuna kbira għall-SMEs minħabba r-rati għoljin tal-interessi.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent