logo

haulier 2finalTul l-aħħar snin saru numru ta’ apelli formali lill-kontrollur tad-dwana, biex jirregola id-dħul ta vetturi fi ħdan il-portijiet lokali u biex titieħed azzjoni immedjajta kontra persuni mhux liċenzjati li qegħdin jiġu permessi jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara. Għalkemm saru diversi apelli, sfortunatament, dawn l-apelli, waqgħu fuq widnejn torox.

Għal-darb’oħra, il-Burdnara Section Committee tinnota li Kap. 203, Artiklu 3 tal-liġi ta’ Malta jgħid li ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ Burdnar ħlief  b’permess tad-dwana u skont permess tad-dwana mogħti għalhekk mill-kontrullur. Barra minnhekk Artiklu 9 tal-istess Kap jgħid li importatur, esportatur u sid ta’ merkanzija jistgħu jittrasportaw merkanzija minn jew għall-tinda tad-dwana, maħżen għal depożitu, veranda, mall jew post iehor ta depożitu, permezz tas-servizzi ta’ Burdnar liċenzjat.

 

 

 

 

Filwaqt li l- Burdnara Section Committee fi ħdan il-GRTU  għal-darb’oħra qiegħda iżżomm il-Kummissarju tat-taxxi responabbli għall-danni, spejjeż u nteressi li diġa’ sofrew u li jistgħu isofru b’konsegwenza ta’ dan, ttenni l-apell tagħha biex titieħed azzjoni mmedjata u jitwaqqfu persuni mhux liċenzjati li qegħdin jitħallew jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara.

Il-Burdnara Sectional Committee tapella ukoll lill-membri tagħha biex jassiguraw li jkollhom l-‘isticker’ tal-permess tad-dwana imwaħħal ma’ kull vettura irreġistrata dan biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol lill-membri tad-dwana u jkun assigurat li kulħadd huwa konformi mal-liġi.

Il-Burdanra Sectional Committee ttemm billi tfakkar li aġir bħal dan jkompli jdajjef il-kompetitivita’ ta’ dawk li jimxu skont il-liġi u fl-istess ħin jibgħat mesaġġ li min jikser il-liġi jista’ jagħmel dan b’mod liberu u mingħajr konsegwenzi. 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent